Jien, hawn taħt iffirmat, qiegħed b'dan niddikjara li qed inwettaq l-imsemmi xogħol ta' riċerka għal skop purament storiku, letterarju jew xjentifiku. Inoltre, qiegħed nintrabat li nosserva d-dispożizzjonjjiet tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili (Kap 55 tal-Liġijiet ta' Malta) u kwalunkwe ligijiet u regolamenti oħrajn li jinsabu fis-seħħ.
Din il-Formola hija użata mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern sabiex jiġu eżentati r-riċerkaturi milli jħallsu l-miżati applikabbli sabiex jiġu spezzjonati l-atti nutarili u sabiex jibbenefikaw minn rati mnaqqsa ta' ħlas għal kopji fotostatiċi, skont l-artikoli 48 u 49 tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili (Kap. 55). L-informazzjoni personali pprovduta f'din il-Formola hija protetta u tintuża skont ma jipprovdi l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, 2001