FAQs
Liema atti nutarili jinstabu f'dan is-sit elettroniku?
Il-volumi nutarili qegħdin jiġu qed jiġu diġitizzati kontinwament. Volumi ġodda qed jittellgħu kuljum.
Bdejna d-diġitizzazzjoni tal-volumi mill-2017 u mexjin lura. Minbarra dawk, qed jiġu mtela l-atti li qed ikunu ordnati kuljum.
Kif nista’ nfittex att nutarili?
Tista’ tfittex biex tara jekk att nutarili huwiex disponibbli jew le mill-paġna ta' tfittxija li tiġi aċċessata mill-paġna ewlenija.
Trid tfittex billi tuża l-isem u l-kunjom tan-nutar; u d-data tal-att. Hemm lista tan-nutara murija biex tgħinnek. Il-lista ħa tiġi ffiltrata awtomatikament meta tibda
tittajpja l-isem jew il-kunjom tan-nutar. Tista' tagħfas il-vleġġa blu biex iżżid id-dettalji tan-nutar li trid direttament fit-tfittxija tieħek. Ara l-video għal gwida dwar kif tfittex att nutarili.
Att li fittixt ma nstabx. Kif nista' nikseb kopja?
Jekk l-att meħtieġ ma jinstabx, tista' tordna kopja billi tikklikkja fuq il-buttuna s-safra fil-paġna tar-riżultati tat-tfittxija u timla l-formola tal-ordni.
L-att diġitizzat se jkun disponibbli onlajn fi żmien ħamest (5) ijiem ta’ xogħol.
Irrid kopja legali ta' att. Kif nista' nordna kopja?
Jekk l-att qiegħed diġà onlajn, inti tista’ tixtrih u fil-paġna tal-kart timmarkah li trid kopja 'legali'.
Jekk l-att meħtieġ mhuwiex onlajn, l-ewwel trid tordnah billi ssegwi l-passi fil-mistoqsija preċedenti,
u mbagħad tixtrih ladarba jkun disponibbli.
Jiena nixtri kopji ta’ atti nutarili ta' spiss. Bilfors irrid nuża l-payment gatewaykull darba?
Le, dan il-portal jipprovdi l-faċilitá li tista’ żżid il-kreditu
fil-kartiera virtwali għall-utenti li jixtiequ jixtru kreditu biex
jintuża aktar tard, kif se ssib spjegat f'aktar dettall f'dan il-video. Biex tieħu vantaġġ minn
din il-karatteristika trid tkun illoggjat fil-portal. Ara dan il-video
jekk għandek bżonn
għajnuna biex toħloq jew tidħol fil-kont tiegħek. Biex tara dak
li għandek fil-kart u tipproċedi għall-ħlas, ara dan il-video.
Xtrajt att imma ħassart il-kopja
mniżżla bi żball. Irrid nerġa’ nixtri kopja mill-ġdid
jekk ikolli bżonnha mill-ġdid fil-futur?
Jekk xtrajt id-dokument waqt li kont illoggjat, il-portal
awtomatikament iżomm rekord tad-dokumenti li xtrajt u tista' tniżżlu
mill-ġdid. Jekk xtrajt id-dokument bħala mistieden, int ġentilment mitlub
li tgħarrafna billi tuża l
-funzjoni
Ikkuntatjana, sabiex inkunu nistgħu nikkonfermaw l-ordni preċedenti tiegħek u
nkunu nistgħu nerġgħu nibagħtuhielek.
Irrid nibgħat id-dokument mixtri fuq
aktar minn email waħda. Nista' nagħmel dan?
Jekk inti kont illoggjat, fil-paġna tal-profil
għandek l-għażla li żżid indirizz tal-email ieħor.
B’hekk, tkun tista' tirċievi id-dokumenti kemm fuq l-email abbinat mal-kont li tkun ħloqt fil-portal kif ukoll
fuq l-indirizz tal-email addizzjonali.
Irrid noħloq kont ġdid. Nista' nżomm
id-dokumenti u l-kreditu li diġà għandi fil-kont eżistenti
tiegħi?
Iva, inti ġentilment mitlub li tgħarrafna, billi
tuża l
-funzjoni
'ikkuntatjana',
sabiex inkunu nistgħu nittrasferixxu d-dokumenti u l-kreditu.
Irrid nikkuntattja nutar privat. Għandkom neċessarji sabiex nikkuntattjah?
L-Uffiċċju tan-Nutar għall-Gvern huwa
responsabbli biss għal-lista uffiċjali tan-nutara li toħroġ
fil-Gazzetta tal-Gvern. Jekk tixtieq issib id-dettalji ta' nutar, jekk
jogħġbok idħol fil-websajt tal-Kunsill Nutarili billi
tagħfas hawn.
Bħalissa qed nagħmel studju relatat ma' dokumenti uffiċjali. Hemm xi skont li nista' nikseb rigward il-ħlasijiet dovuti?
Fil-prezent qed nippermettu lin-nies li qed jagħmlu studju sabiex jagħmlulna talba apposta permezz ta' din l-applikazjoni. Termini u Kundizzjonijiet japplikaw.
Kif nista' nagħti suġġerimenti rigward il-kontenut tal-portal?
Ir-rispons tiegħek se jkun apprezzat. Għalhekk,
l-żbalji jistgħu jiġu indikati lilna għal korrezzjoni. Jekk
jogħġbok uża l-faċilità 'Ikkuntattjana'; kull
suġġeriment biex jitjieb il-livell tas-servizz mogħti minn din
il-websajt dejjem ikun innutat.
Biex jinkiseb dokument wieħed bl-użu
tal-URI (Resource Identifier Uniku) trid issegwi waħda
mill-istrutturi li ġejjin:
https://notarialacts.gov.mt/doc/deedref/year/notarywarrant/doctype
Eżempju:
https://notarialacts.gov.mt/doc/1214/2017/20/Tax
Biex tinksieb lista tad-dokumenti bl-użu tal-URL
trid issegwi waħda mill-istrutturi li ġejjin:
Biex taċċessa d-dokumenti kollha disponibbli:
https://notarialacts.gov.mt/doclist
Biex taċċessa d-dokumenti kollha disponibbli li jaqblu
mal-parametri pprovduti:
1.
Għal kull parametru li mhux meħtieġ għall-filtru, ittajpja "all"
2.
Il-format tad-data għandu jkun
dd-mm-ssss
Pereżempju,
https://notarialacts.gov.mt/doclist/John/all/all/all/20/25-01-2015/all
itellgħa l-paġna tat-tiftix
bir-riżultati li juru atti sottomessi minn nutara bl-isem John bl-att ta’ referenza
20 fil-25 ta' Jannar 2015.